Bebbux

Chaz Psaila

Chaz Psaila

19,040 views

Illum jien u Teddy tlaqna għal kaċċa tal-bebbux! 🐌😂 Wara l-ewwel xita, għidna li kien wasal iż-żmien li noħorġu qalb in-natura u naraw x’nistgħu nsibu.

Teddy mill-ewwel beda jgħidli li ma konniex se nsibu ħafna… u għal darba, kważi kellu raġun! 😂 Imma fl-aħħar sibna xi ftit, allura għall-inqas din id-darba għandna video fejn verament qbadna xi ħaġa! 🐌🤣

Imma l-aqwa parti kienet l-avventura — mixja qalb in-natura wara x-xita, arja friska, ftit daħk u ħafna tfittxija. 🌿❤️ Xi kultant mhux kemm taqbad li jgħodd, imma l-avventura nnifisha.

U t-tisjir? 🍲🔥 Hawn ġiet il-problema… ħadd ma ried isajjarhom! 😂😂 Wara dak it-tfittix kollu, il-bebbux spiċċaw rebħu huma! 🐌🏆

Mela agħmlu LIKE 👍, FOLLOW/SUBSCRIBE 🔔 u ħallu kumment… għax forsi jekk tagħtuna biżżejjed kuraġġ, id-darba li jmiss mhux biss naqbduhom — insajruhom ukoll! 😂🔥🐌

#SnailHunting #Snails #Foraging #WildFood #NatureAdventure #OutdoorAdventure #Malta #MalteseFood #TraditionalFood #CatchAndCook #Cooking #OutdoorCooking #MediterraneanFood #FoodAdventure #Nature #FunnyMoments